Internazzjonali

Iżrael: jaċċetta li jidħlu f’Gaza trakkijiet bil-fuel pero jagħti twissija biex ir-residenti f’Khan Younis jitilqu

Fl-aħħar siegħat Iżrael aċċetta li 2 trakkijiet mimlija bil-fuel ikunu jistgħu jidħlu f’Gaza kuljum.

Dan ifisser li wara l-pressjoni li għamlet l-Istati Uniti, f’jumejn madwar 140,000 litru ta’ fuel se jkunu jistgħu jidħlu f’Gaza.

Ħafna minn dan il-fuel ser ikun qed jintuża għat-trakkijiet sabiex iwasslu l-għajnuna umanitarja tant meħtieġa. Il-kumpalament ser ikun qed jintuza sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jużaw il-mobiles u anka servizzi tal-internet.

Intant Izrael ħareġ twissija sabiex ir-residenti ta’ Gaża f’Khan Younis fit-teritorju ta’ isfel ta’ Gaza biex jitilqu.