Lokali

L-MUT tiftaħ libell kotra l-UPE dwar artiklu li ddeskrivewh bħala malafamanti

Fi stqarrija l-MUT qalet li fetħet libell il-Qorti wara li l-UPE ippublikat artiklu malafamanti, liema artiklu wkoll kien is-suġġett ta’ press conference li għamlu il-UPE s-Sibt li għadda.

L-MUT żiedet tgħid ukoll li għalkemm il-UPE mhux qegħdin fi ftehim kollettiv, dan ma jfissirx li għandhom dritt li toħroġ dikjarazzjonijiet malafamanti dwar l-MUT u tmexxija tagħha. U lanqas tista tagħmel dikjarazzjonijiet malafamanti dwar in-negozji li għaddejjin bħallissa bejn l-MUT u l-Gvern.

L-MUT temmet tgħid li se tkompli tieħu kull azzjoni neċessarja biex tisalvagwardja l-integrita tagħha.