Raġel ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument il-Fgura.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar, fi Triq Pace u Grasso, fejn il-Pulizija sabet raġel ta’ 25 sena residenti l-Kalkara bi ġrieħi f’idu, allegatament b’arma li taqta u bil-ponta. Il-vittma ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-allegat aggressur kien telaq minn fuq il-post meta waslu l-Pulizija, pero ġie arrestat ftit tal-ħin wara.
Raġel ta’ 39 sena residenti l-Fgura qiegħed jassisti lill-Pulizija f’ dan il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>