Lokali

Raġel ta’ 40 sena bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Sewwieq ta mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza oħra fil-Mosta.

Il-kaz seħħ illum għall-ħabta tas-13:45 fi Triq id-Difiża Ċivili, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur Kawakazi misjuq minn raġel ta’ 61 sena residenti l-Mosta u Hyundai I30 misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.