Internazzjonali

Arġentina: Jagħżlu l-President fi żmien ekonomiku diffiċli

Il-poplu Arġentin ivvota fit-tieni fażi tal-elezzjoni għall-Presidenza u li kellha tikkonferma min  għandu jmexxi lill-Arġentina minn żmenijiet ekonomiċi mill-aktar diffili.

Il-mandat tal-Presidenza hi valida għal erba’ snin u kollox kien qed jindika tellieqa ferm missielta bejn Sergio Massa, il-Ministru għall-Ekonomija u kandidat tax-xellug, u l-isfidant Javier Milei li jirrappreżenta lill-faxxa estremista tal-lemin.

Filwaqt li Massa rebaħ l-ewwel rawnd tal-elezzjoni b’vantaġġ ta’ seba’ punti perċentwali fuq Milei, l-indikazzjonijiet huma li tal-aħħar irnexxielu jnaqqas sew mid-distakk bil-wiegħda li jibdel is-sistema politika tal-Arġentina ta’ taħt fuq.

Il-prezzijiet għoljin tal-ħajja u l-inflazzjoni huma l-akbar issues li inkwetaw lll-elettorat Arġentin u meta mal-40 fil-mija tal-poplu qegħdin jgħixu fil-faqar.