Raġel ta’ 59 sena u mara ta’ 24 sena ġew arrestati wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li
allegatament kien se jsir negozju tad-droga.
Matul il-jum tas-Sibt, il-Pulizija segwiet vettura wara informazzjoni li daħlitilha li x-xufier tal-karozza kien
fil-pussess tad-droga, fejn hekk kif il-persuni waslu l-Kalkara, il-Pulizija ċċirkondaw il-karozza misjuqa mir-raġel ta’ 59 sena.
Wara tfittxija li għamlu fil-karozza, il-Pulizija sabet 5 kilogrammi sustanza suspettata kokaina.
Fid-dawl ta’ dan il-fatt fuq il-post ukoll, il-Pulizija arrestat il-mara, li kienet f’vettura oħra u li allegatament, kienet se tkun involuta fin-negozju tad-droga.
Mill-investigazzjonijiet illi saru jirriżulta li d-droga misjuba, kieku laħqet inbiegħet fis-suq kienet tlaħħaq madwar €300,000.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>