Lokali

Attività annwali b’risq il-missjoni fl-Afrika

Kienet ġurnata b’temp mill-isbaħ, u b’xemx li tfakkrek aktar fis-sajf milli l-fatt li resqin lejn ix-Xitwa – temp li għamilha aktar pjaċevoli għal dawk kollha li l-Ħadd filgħodu ipparteċipaw fl-avviniment organizzat fil-Mosta mill-organizzazjoni Missio Malta.

Din l-attivita’ fil-fatt issa daħlet fit-8 edizzjoni tagħha; attività nazzjonali ta’ abseiling u ziplining, b’risq il-missjoni fl-Afrika.

Missio Malta u l-Mosta Scout Group għal darb’oħra ingħaqdu biex organizzaw flimkein dan l-avveniment mifrux fuq jumejn – is-Sibt u l-Ħadd fuq il-pont tal-Mosta.

Din l-attività tittella’ kull sena bil-għan illi jinġabru l-fondi li jgħinu lil Missio Malta tagħti sostenn lil numru ta’ proġetti f’villaġġi mhux żviluppati fil-kontinent Afrikan.

Waqt din  l-attività, il-pubbliku seta’ wkoll jipparteċipa fl-inizzjattiva Ejja Imxi Miegħi…fejn permezz tal-użu tat-tekonoloġija tar-realtà virtwali u treadmills, il-parteċipanti imxew distanzi twal fl-Afrika sabiex jiksbu l-ilma tajjeb għax-xorb – l-istess distanzi li jimxu t-tfal u l-familji Afrikani ta’ kuljum biex jiġbru l-ilma li tant huwa bżonjuż.