Sport Sport Ieħor

Djokovic jirbaħ il-finali tal-ATP għas-seba’ darba b’rebħa fuq Sinner

(Ritratt: EPA)

Fil-Pala Alpitour ta’ Turin saret il-finali ATP tat-tennis bejn Novak Djokovic tas-Serbija u Jannik Sinner tal-Italja.

Kien Novak Djokovic li ħareġ rebbieħ f’dan il-konfront tant mistenni hekk kif rebaħ f’żewġ sets 6–3 , 6-3.

Jannik Sinner għeleb lil Daniil Medvedev bl-iskor ta; 6-3, 6-7, 6-1 fis-semin finali, filwaqt li Novak Djokovic f’siegħa u 28 minuta għeleb lil Carlos Alcaraz 6–3, 6–2 .

Fil-finali li damet fi ftit anqas minn sagħtejn, Novak Djokovic għas-seba’ darba fil-karriera rebaħ il-finali tal-ATP Tour.

Sinner li fl-ewwel fażi kien għeleb lil Djokovic kien ma kellhux l-aħjar prestazzjoni mqabbla ma’ oħrajn f’din il-kompetizzjoni.

Djokovic fl-ewwel set minn vantaġġ ta’ 3–1 mar għal vantaġġ ta’ 5–2 sabiex spicca rebaħ bl-iskor finali ta’ 6–3 .

Fit-tieni set ir-reazzjoni minn Jannik Sinner waslet tard għaliex minn żvantaġġ ta’ 3 – 1 l-aktar li resaq qrib li jirkupra kien bil-puntegg ta’ 4 – 3 iżda reazzjoni immedjata minn Djokovic kienet biżżejjed biex rebaħ wkoll it-tieni set 6 – 3