Futbol Sport

Futbol tan-nisa: Barcelona b’rebħa kbira fl-El Classico

(Ritratt: EPA)

Barcelona għelbu lir-rivali Real Madrid 5-0 biex żammew ir-rekord perfett ta’ rebħ li għandhom fil-kampjonat.

Aitana Bonmati fetħet l-iskor għal Barcelona wara 17-il minuta.

Barcelona laqtu l-lasta f’tlett okkażjonijiet seperati, sakhemm fit-43 minuta Caroline Graham Hansen irdoppjat l-iskor.

Fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima, Mariona Caldentey għamlet l-iskor 3-0 b’xutt angolat minn barra l-kaxxa.

Gowls fl-aħħar ta’ Claudia Pina u Vicky Lopez isiġillaw ir-rebħa meritata ħafna għat-tim tagħhom.