Sport Sport Ieħor

Golf: Nicolai Hojgaard jirbaħ id-DP World Tour Championship

(Ritratt: EPA)

Id-Daniż Nicolai Hojgaard rebaħ il-DP World Tour Championship bis-saħħa tal-aħħar żewġ tentattivi tiegħu hekk kif il-plejers Ingliżi Matt Wallace u Tommy Fleetwood fallew fl-aħħar rawnd.

Il-plejer ta’ 22 sena beda l-aħħar ġurnata tat-Tour fuq sieq ħażina, hekk kif falla żewġ punti importanti.

Hojgaard qam għall-okkażjoni fl-aħħar rawnd hekk kif għamel il-holes kollha li kellu, bl-avversarji jfallu li jikkapitilizzaw fuq il-bidu mhux daqstant tajjeb ta’ Hojgaard.