Lokali

Inawgurat il-mużew tal-ferrovija antika f’Birkirkara

Matul il-jum tal-Ħadd ġie inawgurat mużew tal-ferrovija antika fil-ġnien tal-ferrovija f’Birkirkara.

Dan il-mużew se jkun qed jagħti idea lill-pubbliku fuq il-ħajja taċ-ċittadini Maltin lura fis-sena 1883, hekk kif kienu jagħmlu użu mill-ferrovija li twassal mill-Belt Valletta għall-Imdina u lura sal-1890…u li reġgħet infetħet fl-1892.

Madanakollu, il-mużew jispjega ukoll kif fl-1895, il-Gvern ta’ dak iż-żmien ħadem sabiex jestendi l-linja tal-vapur tal-art, sabiex jiġi provdut servizz ta’ trasportazzjoni għas-suldati Brittaniċi mill-Mtarfa Barracks. Fejn imbagħad saħansitra beda jintuża s-servizz tat-tramm illi kien iwassal mill-Belt Valletta għal-lokalità ta’ Birkirkara u li kien jimxi parallel mal-linja tal-ferrovija.

Minkejja li dawn il-mezzi tat-trasport kienu jintużaw ta’ spiss, it-tramm u l-ferroviji kellhom jieqfu joperaw bil-wasla tal-karozzi tal-linja f’pajjiżna, u huwa għalhekk illi dan l-istess stazzjon tal-ferroviji f’Birkirkara beda jopera bħala stazzjoni tal-karozzi tal-linja.  

Issa, dak li kien magħruf bħala ‘central station’ f’Birkirkara, ġie restawrat f’mużew….sabiex jiżdied l-għarfien fuq il-ħajja li kienu jgħixu ta’ kuljum iċ-ċittadini Maltin filwaqt li jiġi apprezzat il-mezz tat-trasport li kien ikkunsidrat sofistikat fil-passat.

Intant Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kienu l-President ta’ Malta George Vella u l-Arċisqof Monsinjur Charles J Scicluna.

Il-Perit li ħa ħsieb dan ir-restawr huwa d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista, Toni Bezzina.