Futbol Sport

Is-selezzjoni Maltija tal-Veterani tirbaħ it-Trevor Francis Memorial Cup

Il-Veterni Maltin rebħu t-Trevor Francis Memorial Cup b’rebħa fuq tim tal-partitarji Ingliżi wara l-għoti tal-penalties, bl-iskor ikun 5-4.

Il-Partita ntlagħbet barra minn xtutna f’Amersham, dan kien it-tieni konfront bejn iż-żewġ timijiet hekk kif l-ewwel konfront intlagħab fil-Luxol Stadium f’ Ġunju li għadda, bit-tim Malti jirbaħ 3-0.

Kienet logħba bilanċjata, madankollu il-Maltin kienu qed jitilfu 3-1, fejn jagħmlu rimonta sabiex eventwalment ġabu l-iskor indaqs u marru għall-għoti tal-penalties fejn hemmhekk kienu preċiżi tant li skorjaw il-ħames xuttijiet tagħhom bl-Ingliżi ifallu wieħed mix-xuttijiet.

Il-gowls tal-Maltin fil-ħin regolari waslu permezz ta’ Adam Smeir, Andrew Cohen u Gareth Sciberras.

Is-selezzjoni Maltija tal-Veterani lagħbu b’din il-formazzjoni:

Mario Muscat, Jeffrey Chetcuti, Brian Said, David Camilleri, Michael Galea, Andrew Cohen, Gareth Sciberras, Jonathan Pearson, Adam Smeir, Jamie Pace, Stephen Wellman.

F’xi ħin fil-partita, daħlu jilagħbu wkoll Sean Sullivan, Alex Muscat, Malcolm Camilleri, Garrett Magri, Trevor Cilia u Kevin Sammut.