Ambjent Lokali

Is-sovrintendenza trid li tifriża l-permess qrib il-Ġgantija

Is-Supretendent għall-Wirt Kulturali se jkun qed jitlob lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġi friżat il-permess li jinbena blokk ta’ appartamenti 200 metru biss mit-Tempji storiċi tal-Ġgantija. 

Dan żvelatu it-Times of Malta, bil-gazetta tikkwota sorsi viċin l-awtorità li tħares il-wirt kulturali, illi żvelaw li s-Sovrintendenza se tkun qed tikkwota sezzjoni partikolari mil-Liġi tal-Ippjanarsabiex jiġi ffriżat il-permess tal-bini viċin tat-tempji megalitiċi f’Għawdex. Bini – li skont il-permess maħruġ se jkun qed jinkludi 22 flat u 20 garaxx u li jinsab biss 200 metru minn dan it-tempji protetti.

It-tempji li jmorru lura 5,600 sena, huma l-eqdem fdalijiet ta’ bini free-standing u t-tieni l-eqdem bini reliġjuż fid-dinja. Dan filwaqt li jinsab f’żona ta’ importanza arkeoloġika li taqa’ f’buffer zone…żona li tirrikjedi studju tal-impatt li jħalli fuqha u fuq it-tempji kull tip ta’ żvilupp. U huwa għalhekk illi dan il-permess, li nħareġ fid-9 ta’ Novembru, ħoloq kjass madwar il-pajjiż – inkluż barra minn Malta.

Il-UNESCO World Hertigae Centre kien bagħat ittra lid-delegazzjoni permanenti Maltija sabiex skont il-guidlines operattivi, jsir studju tal-impatt li se jitħalla fuq din iż-żona u t-tempji tal-Ġgantija – ttra li diġa jafu biha l-Awtorità tal-Ippjanar għaliex ġew infurmati biha mis-Supretendent għall-Wirt Kulturali Kurt Farrugia lura fi Frar li għadda. Iżda minkejja dan, il-permess inħareġ xorta waħda.

Fl-aħħar jiem tkellmu numru ta’ għaqdiet non-governattivi kontra dan l-iżvilupp, speċjalment minħabba li ma sarx impact assessment. Bil-pressjoni issa anke mill-Partit Nazzjonalista.

L-istess sorsi li tkellmu mat-Times of Malta spjegaw illi l-awtorità li tħares il-wirt kulturali f’pajjiżna, issa se tkun qed tikkwota l-liġi eżistenti sabiex jiġi ffriżat il-permess… sakemm isir dan l-assessjar tal-impatt fuq it-tempji; proċess li jista’ jsir fi żmien 30 ġurnata minn wara li nħareġ il-permess.