Fid-diskors li għamel waqt attivita politika fix-Xagħra, il-President tad-Djalogu Soċjali u Deputat Nazzjonalista Chris Said beda billi semma kif kellna budget bla ebda viżjoni kemm fejn jidħol il-pajjiż u aktar u aktar fejn jidħol Għawdex.
Budget li suppost kellu jindirizza il-problemi li għandu l-pajjiż. Fosthom l-isplużjoni fil-popolazzjoni, fejn irduppjajna il-popolazzjoni mhux bit-twelid ta’ ċittadini Maltin, imma bl-importazzjoni ta’ barranin f’pajjiżna. Problemi oħra bħal bini bl-addoċċ, it-traffiku u l-għoli tal-ħajja – dan kollu kkawżat mill-politika tal-Gvern ta’ Robert Abela li ma ħaditx ħsieb l-infrastruttura tal-pajjiż, l-isptarijiet li m’għadhomx jifilħu għal dan il-piż fil-popolazzjoni. Gvern li biex ikabbar l-ekonomija ħaddem din il-politika, li ma ħasibx fil-konsegwenzi tagħha.
Chris Said fakkar kif il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, ma ta l-ebda soluzzjoni għall-problemi li għandna, imma ħaseb li billi jżid id-dejn tal-pajjiż b’biljun ewro fis-sena. Għaliex kemm ilu Robert Abela Prim Ministru u kemm ilu Clyde Caruana Ministru tal-Finanzi, id-dejn f’dan il-pajjiż żdied b’biljun ewro fis-sena. F’dawn l-aħħar tliet snin u nofs id-dejn tal-pajjiż irdoppja, minn 5 miljuni għall-11-il biljun.
Chris Said sostna li issa il-Gvern ta’ Robert Abela ma jafx kif se jsolvi il-problemi li ħoloq hu stess. Qed jipprova jsolvi dawn il-problemi billi m’għandu l-ebda viżjoni imma billi biss iżid b’mod astronomiku id-dejn li għandu l-pajjiż. U għalhekk ma jistgħux ikunu huma stess li jsolvu dawn il-problemi. Minn naħa l-oħra għandek il-Partit Nazzjonalista, li għandu soluzzjonijiet ċari u viżjoni ċara dwar kif se jindirizza dawn il-problemi li qed jaffaċċja l-pajjiż.
Huwa qabel ma’ dak li qal il-kelliem ta’ qablu Alex Borg li Għawdex, fil-budget, intesa’ kompletament. Chris Said fakkar kif dawn il-problemi kollha li qed naffaċċjaw huma kollha relatati direttament jew indirettament maż-żieda fil-popolazzjoni.
Il-President għad-Djalogu Soċjali fakkar kif ma kellna xejn ġdid fil-budget, ma kellna xejn fuq il-famuż metro, dwar il-mina li wegħduna, dwar il-breakwater, dwar il-Qorti ġdid. Kollha ntesew. Saħaq kif dwar sptar ġdid, wara serqa t’€400,000,000 li qed jippruvaw inessuna, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne qalilna li hemm l-arbitraġġ. Iżda ma riedx jgħidilna l-arbitraġġ fuq xiex inhu. Chris Said sostna li hu konvint li l-arbitraġġ fetħitu Steward stess, u mhux il-gvern, biex jieħdu l-€100,000,000 oħra ma’ dawk li diġa ħadu. Dak li għandhom fil-kuntratt u ffirma magħhom gvern Laburista b’mod oxxen, li għandhom jieħdu jekk għal xi raġuni jew oħra jitterminawlhom il-konċessjoni.
Chris Said saħaq li għal Għawdex hemm bżonn ta’ bidla permezz ta’ gvern tal-Partit Nazzjonalista. Gvern li jemmen fir-reġjonalita t’Għawdex – li Għawdex ikollu tmexxija reġjonali eletta mill-Għawdxin, b’fondi adegwati biex taħdem u tieħu d-deċiżjonijiet u bil-poter li tieħu deċiżjonijiet eżekuttivi.
Hu temm id-diskors billi fakkar li f’Ġunju li ġej għandna l-ewwel test. It-test tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li se juri li l-Partit Nazzjonalista qiegħed hemm u qed jissaħħaħ. Partit Nazzjonalista li lest biex fl-elezzjoni li ġejja jingħata l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi u jindirizza il-problemi li għandu dan il-pajjiż.
//= $special ?>