F’ġimgħa kkarraterizzata minn qerda ambjentali totali, Robert Abela injora totalment is-suġġett tal-ambjent.
F’diskors ta’ 45 minuta li għamel il-Prim Ministru Robert Abela fin-Naxxar ma għamel l-ebda referenza għall-ambjent Malti, dan minkejja li din il-ġimgħa kienet ikkaraterizzata minn qerda ambjentali assoluta fil-Gżejjer Maltin f’żewġ każijiet separati – dak tat-tqaċċit tas-siġar tal-fikus fil-Pjazza tal-Mosta, u l-permess għall-bini kontroversjali li jinsab 200 metru biss l’bogħod mit-Tempji tal-Ġgantija.
Iżda, minflok Robert Abela kompla jitkellem fuq dak li ilu ġimgħat jgħid, u ġimgħat jiġi kkritikat għaliha – is-suppost ħidma ekonomika għaqlija li ppreżenta l-Gvern tal-Labour fil-budget ta’ kważi tlett ġimgħat ilu.
F’għajjat kontinwu l-Prim Ministru baqa’ jenfasizza l-fatt illi Malta għandha rata ta’ tkabbir ekonomiku erba’ darbiet aktar minn dik tal-medja ewropeja.
Dan minkejja illi fil-ġimgħat li għaddew minn wara l-Budget li ppreżenta l-Minsitru Clyde Caruana, numru ta’ unions, korpi kostitwiti u studenti ddeskrivewh bħala wieħed bla soluzzjonijiet u inġust, totalment kontra dak li wiegħed li se jkun il-Gvern Laburista.
Fid-diskors tiegħu ukoll, Robert Abela tkellem fuq kif wasal għall-ftehim settorali ma’ diversi ħaddiema u li huwa ċert li jasal għall-ftehim settorali ieħor mal-għalliema, fejn infexx f’botta indirett lejn l-MUT, li sejħu strike tal-għalliema din il-ġimgħa, hekk kif qal li m’għandhomx ibatu l-istudenti meta jafu li hemm proposta b’saħħitha għal tisħieħ sostanzjali fil-paga u kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema.
Dan minkejja li f’dawn l-aħħar jiem krollaw kompletament it-taħdidiet li kienu għaddejjin bejn il-Gvern u l-edukaturi, hekk kif il-proposta, li skont il-Prim Ministru hija b’saħħitha, fil-verità hija kważi redikola f’dak li għandu x’jaqsam ma’ żidiet fil-pagi.
U li sa ġimgħa ilu, il-President tal-MUT Marco Bonnici kien qal la l-pedament l-pedament mhux sod, għalxejn kienet se issir il-laqa konċiljatorja, kif filfatt ġara.
//= $special ?>