Lokali

Priġunier fil-periklu li jitlef ħajtu

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ieħor xokkanti li seħħ fil-ħabs fl-aħħar sigħat, wara li priġunier prova jneħħi ruħu b’idejh. B’sorsi ta’ Net News jikkonfermaw li r-raġel ittieħed l-isptar b’urġenza.

Il-ħabsi, li għandu 42 sena jinsab fil-periklu tal-mewt, bil-każ iseħħ fit-tmienja ta’ filgħodu f’Division One tal-ħabs f’kordin.

Madanakollu, l-aġenzija tal-ħabs spjegat li r-raġel idaħħal il-ħabs ftit tal-ġimgħat ilu u li jumejn ilu ġie eżaminat minn psikologu li ma ra l-ebda indikazzjoni illi l-ħabsi seta’ jweġġa’ lilu nnifsu.

Aktar dettalji fil-hin li gej.