Għawdex Lokali

Qalb in-nies fil-pjazza tax-Xagħra

Il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qatta’ ħin twil f’laqgħat man-nies illi kienu miġbura fil-pjazza tax-Xagħra.

Hawnhekk, Bernard Grech tkellem mhux biss ma’ diversi familji Għawdxin iżda wkoll ħafna Maltin li regolarment iqattgħu l-jum tal-Ħadd fil-gżira Għawdxija.

Bla dubju ta’ xejn, li fuq fomm kulħadd kien hemm l-isfreġju tas-siġar li seħħ fil-Mosta, u l-permess kontroversjali li inħareġ għall-appartamenti li se jinbnew biswit il-Ġgantija.

Oħrajn tkellmu mal-Kap tal-PN dwar il-fatt li Għawdex baqa’ mingħajr l-isptar li tant kien imwiegħed; b’detriment għall-pazjenti infushom.

Apparti minnhekk, dawk li tkellmu ma’ Bernard Grech spjegaw kif il-Budget li preżenta l-Gvern ftit li xejn se jkun ta’ għajnuna għalihom biex jaffrontaw il-piżijiet tal-għoli tal-ħajja – xi ħaġa li għadha qed tippersisti u li qed tkompli tnaqqar mis-saħħa tal-flus fil-bwiet tal-ħaddiema.