Lokali Qorti

Sentenza sospiża wara li qaċċtu cables minn taħt l-art

Żewġt irġiel, Malti u Niġerjan – Shardian Camilleri ta’ 30 sena minn Ħaż-Żabbar u Dominic Oziegbe ta’ 39 sena resdienti Marsascala, rċevew sentenzi sospiżi ta’ sentejn ħabs talli serqu fiber optic u copper cables minn mina taħt l-art fil-Floriana.

Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, il-prosekuzzjoni żvelat li l-ispiża tal-ħsara kienet tammonta għal €4,500. Intqal ukoll li s-serqa ħarbtet is-servizz tal-internet f’partijiet tal-Floriana u nofs il-Belt Valletta. L-irġiel wieġbu ħatja u ġew ordnati jħallsu 100 ewro fix-xahar għad-danni.

Minn naħa l-oħra raġel ieħor involut ukoll fis-serqa tal-cables, David Scicluna ta’ 39 sena resdienti Marsascala wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukat Brandon Bonnici kif ukoll mill-Ispetturi Jeffrey Rizzo u Daryl Borg.  L-avukati tal-għajnuna legali Luke Valletta assista lil Camilleri u Oziegbe, filwaqt li Scicluna kien rappreżentat mill-Avukat Roberta Bonello Felice.