Sport Sport Ieħor

Taekwondo u Zsuzsa Csisztu fi Sport Extra tal-lum

Illum fil-5.15 pm fuq Net Television jixxandar is-sitt programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm it-tema ewlenija se tkun it-taekwondo u l-aħħar successi miksuba mill-Malta Taekwondo Association f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Intervistati fil-programm Anna Vassallo – President tal-Malta Taekwondo Association, Dirmir Vodinaj, kowc nazzjonali kif wkoll Gianluca Barbara, kowc u membru tal-istaff tekniku tal-MTA.

Intervisti wkoll ma Dwayne Micallef u Emma Law Lautier li fil-kategorija tagħhom rebħu midalji fil-Kampjonat tal-Ewropa fis-Serbja kif wkoll il-membri tas-selezzjoni nazzjonali Michela Scerri, Nathan Degiorgio, Alicia Cassar u Jean Schembri.

Fit-tieni parti b’esklussiva intervista ma’ Zsuzsa Csistzu, vici president fi ħdan l-AIPS kif wkoll vici president fil-Federazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Ungerija b’karriera mill-aqwa fil-ġinnastika bil-qofol tal-karriera tagħha tkun l-Olimpijadi tal-1988 f’Seoul.

Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ramon Farrugia.