Wara rapporti li saru fl-aħħar ġimgħat b’rabta ma’ tliet serqiet minn residenzi fis-Sannat, il-Pulizija minnufih bdiet investigazzjoni li wara ftit jiem ħallew il-frott, bl-arrest ta’ raġel ta’ 40 sena mis-Serbja, li jgħix is-Sannat stess.
F’dawn il-każijiet insterqu affarijiet personali, flus kontanti, ġojjellerija, kif ukoll xi apparat eletroniku.
Minnufih il-Pulizija bdew bl-investigazzjonijiet u wara ftit ġranet ġie identifikat l-allegat ħalliel u kien arrestat minn residenza fis-Sannat stess. Fi tfittxijiet li saru fl-istess residenza, instabu xi oġġetti li kienu nsterqu.
Ir-raġel mistenni jitressaq taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex, illum, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana.
//= $special ?>