Internazzjonali

Filmati ġodda tal-mini taħt l-art, fl-akwati tal-Isptar Al-Shifa f’Gaza juru “mini ta’ terrur”

Skond il-militar Iżraeljan, filmati li qegħdin iduru fuq l-internet juru mini ta’ 55 metru taħt l-art, propju eżatt taħt l-Isptar Al-Shifa. Mini li huma qed isejħu ‘mini ta’ terrur’ .

Il-Militar Iżrealejan qed jgħid ukoll li dawn il-filmati huma provi ċari li bosta binjiet fosthom l-isptar Al-Shifa qed jintuża bħala post li fih qed issir attivita terrostika. Allegazzjonijiet li kemm il-Hamas kif ukoll il-ħaddiema tal-isptar ċaħdu.

Waqt li kompew jgħidu wkoll li fil-filmati jidru numru ta’ persuni jinħatfu bħala ostaġġi fl-isptar Al-Shifa ftit wara l-attakki tal-Hamas.

Intant ilbieraħ, 31 tarbija, li kienu f’kundizzjoni kritika tħallew jevakwaw mill-isptar Al-Shifa, sabiex jittieħdu għal kura fl-isptar Emirati f’Rafah.

Minn naħa tiegħu l-Ministru Ċiniż tal-affarijiet barranin, Wang Yi qal li ċ-Ċina taqbel kompletament mas-soluzzjoni ta’ żewġ stati.