Darren Stven Formosa ta’ 59 sena, imwieled Londra u residenti l-Kalkara inżamm arrestat mill-Maġistrat Abigail Critien wara li tressaq il-Qorti mixli li fil-pusses tieghu kellu droga ħames kilos droga kokaina lesta biex tiġi traffikata. Id-droga hi stmata li għandha valur fit-triq ta’ €300,000.
Il-Pulizija qalet li nhar is-Sibt dahlitilha nformazzjoni li kien se jsir ftehim ta’ droga gewwa il-Kalkara. L-Ispettur Jonathan Cassar qal li meta l-pulziija marru fuq il-post sabu lill-imputat ġo van flimkien ma’ persuna oħra f’karozza separata.
Il-Pulizija qalet li saret tfirrxija fuq il-post fejn fil-vettura tal-akkuzat fejn hemm instabu ħames kilogrammi kokaina. L-istess droga kienet mizmuma f’basket imqassma f’ħames pakketti ta’ kilo il-wieħed. Fuq l-Formosa instabet ukoll borża bit-trabb maħsub ukoll li hi kokaina.
Formosa wiegeb mhux hati tal-akkużi kontrih li fis-sustanza huma ta’ pusses aggravat. Id-difiża mmexxija mill-avukati Jose Herrera, Matthew Xeureb, Martina Herrera talbet ghal-libertà proviżorja, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha minħabba l-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi, l-biza ta’ repetizzjoni tar-reat filwaqt li argumentat li minkejja li d-droga nqabbdet, kieku l-ammont kellu jiġi traffikat dan kien jammonta għal €300,000.
Ingħad ukoll li dan huwa reat gravi daqs dak ta’ omiċidju filwaqt li l-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjoniniet dwar dan il-każ. L-Avukat Josè Herrera, wieħed mid-difensuri tal-akkużat qal li din li l-Pulizija kull darba tgħid li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet hi prassi li daħlet sew, u b’dan l-argument ma jistax ikun li wieħed qatt ma jingġħata l-pleġġ.
Dr. Herrera qal li argument bħal dan kien twaqqa minn sentenzi kostituzzjonali u li kien hemm każijiet oħra li imputat jingħata l-pleġġ fuq ammonti akbar minn dak ta’ ħames kilos. Id-difiża argumentat ukoll li l-imputat m’għandux każijiet oħra filwaqt li rrimarkat li għandu problemi ta’ saħħa.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet taż-żewġ partijiet, il-Magistrat Critien ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Dr. Jose Herrara talab li l-imputat jiġi eżaminat u tittieħed nota tal-kundizzjoni medika tiegħu la darba jidħol fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xi ħaġa li qablet magħha l-prosekuzzjoni, li aktar qabel talbet li ordni ta’ Qbid u ffirizar u sekwestru ta’ flejjes u propjetà, bil-Qorti tilqa’ t-talba. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jonathan Cassar u Alfredo Mangion.