Raġel ta’ 32 sena mill-Maċedonja kien arrestat b’rabta ma’ serqiet minn ħwienet differenti bejn Ġunju u Novembru ta’ din is-sena – serqiet li allegatament wettaq il-barrani.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li allegatament ir-raġel wettaq 9 serqiet – serqiet li kien allegatament iwettaq matul il-lejl. Dan kollu minn ħwienet fil-Belt Valletta, Ħal Qormi, Naxxar, Tas-Sliema, u Mellieħa.
Il-Pulizija tinsab infurmata li minn dawn il-ħwienet insterqu numru kbir ta’ mobiles u laptops kif ukoll ammont ta’ flus kontanti minn ħanut fin-Naxxar.
Il-Pulizija tinsab infurmata wkoll li allegatament il-Maċedonu pprova jisgassa numru ta’ stabbilimenti oħra f’Birkirkara, Marsa, Gżira u Ħal Tarxien.
Il-valur ta’ oġġetti misruqin huwa ta’ madwar €150,000.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Abigail Critien.
//= $special ?>