Sport Sport Ieħor

Table Tennis: MITTC magħżula biex jorganizzaw il-Europe Trophy f’pajjiżna

It-tim tal-Malta International Table Tennis Center, li aktar kmieni din is-sena kien l-uniku tim Malti li kkwalifika għall-European Cup fost l-aqwa klabbs fl-Ewropa, wara li ġie relegat għall-Europe Trophy issa kien magħżul mill-Federazzjoni tat-Table Tennis tal-Ewropa ETTU sabiex jorganizza hawn Malta il-grupp ta’ kwalifikazzjoni tagħhom u dan wara li kiseb l-ewwel punti fir-ranking tal-Clubs fl-Ewropa.

Din hija opportunità kbira u unika fejn klabbs ta’ l-għola livell tat-table tennis fl-Ewropa se jkunu Malta biex jikkompetu fi Grupp D u jilagħbu għal kwalifikazzjoni għar-Round li jmiss.

Il-kompetizzjoni se tkun organizzata mill-Malta International Table Tennis Centre Academy għall- Federazzjoni Ewropea tat-Table Tennis u ser tintlagħab fil-klabb tat-Team Malti MITTC f’Pembroke bejn it- 8 u l-10 ta’ Dicembru.

It-timijiet li se jieħdu sehem huma: ASD Marcozzi, Panathinaikos, ASD Tennistavolo Sassari, ASD TT Santa Tecla Nulvi, TTC Radnicki 1972 Beocin, Malta HIIT Academy Tibhar, Table Tennis Club Zelneznicar u Malta International Table Tennis Centre.

L-iskeda tal-logħob hija din:

8 ta’Dicembru: ASD Marcozzi vs Panathinaikos

ASD Tennistavolo Sassari vs Club ASD TT Santa Tecla Nulvi

TTC Radnicki 1972 Beocin vs HiTT Academy Tibhar

MITTC vs Table Tennis Club Zeleznicar

HiTT Academy Tibhar vs Club ASD Tennistavolo Sassari

9 ta’ Dicembru: ASD Santa Tecla Nulvi vs TTC Radnicki 1972 Beocin

Panathinaikos vs Table Tennis Club Zeleznicar

HiTT Academy Tibhar vs ASD Santa Tecla Nulvi

MITTC vs ASD Marcozzi

TTC Radnicki 1972 Beocin vs Club ASD Tennistavolo Sassari

10 ta’Dicembru :

ASD Marcozzi vs Table Tennis Club Zeleznicar

MITTC vs Panathinaikos

Fl-10 ta’ Dicembru tibda wkoll il-fażi finali għall-klassifikazzjoni mill-gruppi.