Internazzjonali

Tmut Rosalynn Carter, il-mara tal-ex President American Jimmy Carter

Rosalynn Carter, il-mara tal-ex President tal-Istati Uniti Jimmy Carter, mietet fl-eta ta’ 96 sena matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.

Hija mietet fil-Carter Centre, mdawra bil-familja tagħha, wara li kienet marret tgħix f’ċentru tal-kura, f’ Georgia, fejn hemmhekk kienet qed tgħix ma raġel tagħha Jimmy Carter.

Rosalynn Carter li kienet qed issofri mid-dimenzja, kienet twieldet fit-18 ta’ Awwissu tal-1927.

Jimmy Carter u Rosalynn kienu ilhom miżżewġin għal 77 sena, biex b’hekk kienu l-iktar koppja li kienu ilhom miżżewġin fl-istorja tal-Presidenti Amerikani. Huma kellhom erbat itfal.

Rosalynn tibqa’ mfakkra l-iktar għall-ħidma tagħa bħala attivista sabiex ikun hawn iżjed għarfien dwar is-saħħa mentali u biex titneħħa l-istigma assoċjata mas-saħħa mentali.