Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Rekord nazzjonali u t-tielet l-aqwa fl-Ewropa għal Tenishia Thornton

Fi Guadalajara il-Messiku – Kampjonati tad-Dinja Juniors tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-weightlifting. Fil-kategorija 64 kilo fl-azzjoni Tenishia Thornton li kompliet bis-serje pożittiva ta’ riżultati.

Fis-snatch, wara li refgħet 82 kilo u 84 kilo, fit-tielet prova refgħet 87 kilo fejn mhux biss kisret ir-rekord nazzjonali iżda kienet it-tielet l-aħjar weightlifter mill-Ewropa. Temmet wkoll fil-11-il post minn 20 weightlifter.

Fil-clean & jerk refgħet 102 kilo wara li ma rnexxielhiex terfa’ darbtejn il-105 kilo sabiex għalqet b’total ta’ 189 kilo u temmet fl-erbatax il-post fil-Kampjonat tad-dinja fost 20 weightlifter.

Fl-azzjoni wkoll Rylee Borg li fil-kategorija B – 81 kilo kiseb rekords nazzjonali wara li fis-snatch refa’ 108 kilo u 112-il kilo filwaqt li fil-clean & jerk refa’ serje ta’ 135 kilo, 139 kilo u 142 kilo.