Fit-tielet kwart tal-2023 kienu approvati ‘l fuq minn 1,800 residenza ġdida. Dan l-ammont juri tnaqqis taʼ 12.7 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
Matul it-tielet kwart tal-2023, inħarġu 384 permess tal-bini għal total ta’ 1,827 residenza ġdida. Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, kien hemm tnaqqis taʼ 13.9 fil-mija fʼdawn il-permessi kif ukoll tnaqqis taʼ 12.7 fil-mija fin-numru taʼ residenzi ġodda approvati. Il-permessi mgħoddija kellhom medja taʼ 4.8 residenzi ġodda.
Il-biċċa l-kbira tar-residenzi approvati fit-tielet kwart tal-2023 kienu appartamenti (1,337); warajhom kien hemm il-penthouses (276), il-maisonettes (141), it-terraced houses (61) u units residenzjali oħrajn (12). L-appartamenti ammontaw għal 73.2 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
//= $special ?>