Sport Sport Ieħor

Darts: Tim A Floriana u Birżebbuġa jibqgħu jirbħu u jżommu l-ewwel post

Iċ-champions Tim A Floriana Premier Cars u Birżebbuġa Lions baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Malta Darts Association meta rebħu l-konfronti rispettivi tagħhom.

F’partita bla storja, l-ikbar skor tal-ġurnata kien miksub minn Birżebbuġa Lions li għelbu lil PO’s Bar Gudja 8-0.

Floriana batew aktar milli mistenni sabiex jegħlbu lil Tim A Żejtun Laċċi 6-2 filwaqt li Tim A Ħamrun Bayern baqgħu jżommu l-isfida għat-titlu wara li għelbu lil Tim A Sliema Club Lounge 6-2.

Floriana Ajax MCP rebħu 5-3 lil Tim B Ħamrun Bayern.

Fil-Kampjonat tat-tieni diviżjoni, Domus Men issa huma l-leaders assoluti wara r-rebħa ta’ 7-1 kontra Top Gun Bar Marsa.

Il-Kampjonat tat-tielet diviżjoni s’issa hu ddominat minn Żejtun Laċċi Maypole li rebħu l-erba’ logħbiet li lagħbu fejn fl-aħħar partita komplew din is-serje pożittiva wara rebħa ta’ 6-2 kontra Domus Ladies Żejtun.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Premier Cars A, Birżebbuġa Lions 10, Ħamrun Bayern A 7, Żejtun Laċċi Gold Lady 6, Floriana Ajax MCP 5, Sliema Lounge A 4, Ħamrun Bayern B, PO’s Bar 0

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Domus Men’s 12, Birgu Boċċi Club A 10, Duke’s Bar 8, Cox Bar 6, Top Gun 4, Beland Żejtun, Żebbuġ Rangers DT 4, Leah’s Bar 0

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Żejtun Laċċi Maypole 12, Leah’s Bar B  7, Birgu Boċċi B 5, Mqabba Tal-Ġilju, Nicolo Isouard 4, , Munchies, Domus Ladies 3, Tal-Balklor 1, Sliema Lounge B 0