Futbol Sport

Franza miżmuma mill-Greċja… Rebħa faċli għall-Olanda fuq Ġibilta’

(Ritratt: EPA)

It-tim nazzjonali Franċiż, li għadu ġej minn rebħa rekord ta’ 14-0 fuq Ġibilta’, ftit jiem ilu, kien miżmum fi draw ta’ 2-2 mill-Greċja. Kien Randal Kolo Muani li tefa’ lil Franza fil-vantaġġ żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Griegi irreaġixxew minn Tasos Bakasetas fis-56 minuta, b’Fotis Ioannidis jitfagħhom fil-vantaġġ ħames minuti wara. Madanakollu, fit-73 minuta Kylian Mbappe għadda lejn Youssouf Fofana, b’dan tal-aħħar isalva draw għat-tim immexxi minn Didier Deschamps.

Rebħa faċli għall-aħħar għall-Oland fuq Ġibilta’ bl-iskor ta‘ 6-0. Il-gowls fl-ewwel taqsima waslu permezz ta’ Calvin Stengs, Mats Wieffer u Teun Koopmeiners. Fit-tieni taqsima l-Olanda komplew jassertaw id-dominju tagħhom u kabbru l-vantaġġ b’ żewġ gowls oħrar ta’ Calvin Stengs għa hat-trick personali u gowl ieħor ta’ Cody Gakpo.  

Illum: Grupp B Ġibilta’ v Olanda 0-6, Greċja v Franza 2-2 Grupp D Kroazja v Armenja 1-0, Wales v Turkija 1-1 Grupp I Andorra v Iżrael 0-2, Kosova v Belarus 0-1, Romanija v Żvizzera 1-0