Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrew’s telgħu fit-tieni post tal-klassifika, żewġ punti taħt il-leaders University of Malta ACJ Group meta ftit sabu diffikultà sabiex għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena 14-1 fl-unika partita li ntlgħabet fl-Enemed Futsal League.
Kif jindika l-iskor, it-tim immexxi minn Gabriel Dobre ddomina l-logħba mill-bidu sal-aħħar biż-żgħażagħ Maltin li sabuha ferm diffiċli jrażżnu l-furja tal-avversarji.
Andre Ciancio kien l-aqwa skorer tal-ġurnata għal Luxol meta skorja erba’ gowls filwaqt li Andy Mangion u Marwan Telisi skorjaw dopjetta.
Matthew Attard, Mark Zammit, Celino Alves, Victor Dias Oliveira, Luke Gatt u Robert Stoyanov skorjaw gowl kull wieħed.
Is-selezzjoni Maltija skorjat l-uniku gowl permezz ta’ Samuel Christoph Abela. Referees kienu Marco Orazio La Rosa u Arling Subashi.
//= $special ?>