Lokali

Iħarbtu lill-istudenti tal-MCAST f’nofs is-sena skolastika

Hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu waqa’ l-konkrit fuq l-istudenti tal-MCAST, issa beda x-xogħol sabiex jitranġa l-ħitan.

Dan ix-xogħol, apparti li ħalla ħafna metall espost, qed jikkawża ħafna trab ħdejn il-klassijiet. Kawża ta’ dan, il-lezzjonijiet tagħhom se jibdew isiru onlajn f’nofs is-sena skolastika, hekk kif l-istudenti u l-għalliema ma felħux għat-trabijiet mix-xogħol li qed isir eżatt barra mill-klassijiet.