Lokali

Il-fatti jgiddbu lill-Kummissarju tal-Pulizija – PN

Il-pajjiż m’għandux bżonn messaġġier iżda Kummissarju tal-Pulizija li jinvestiga, jarresta u jtella l-Qorti lil dawk li ffrodaw aktar minn €400 miljun.

Il-Partit Nazzjonalista jikkonferma li waqt il-laqgħa li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista mal-Kummissarju tal-Pulizija nhar il-25 ta’ Ottubru 2023, Angelo Gafà qal għal darba darbtejn li l-Pulizija mhi qed tagħmel l-ebda investigazzjoni indipendenti mill-inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Gabriella Vella.

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu joqgħod attent x’jgħid taħt ġurament.