Lokali Parlament

Il-fondi Ewropej għandhom funzjoni importanti fl-iżvilupp tal-pajjiż


Bernice Bonello, PN


Id-deputat Nazzjonalista Bernice Bonello qalet fil-parlament li l-fondi Ewropej għandhom funzjoni importanti ħafna partikolarment fil-proġetti kapitali. Kieku Malta ma daħlitx fl-UE, il-poplu Malti kien ikun imċaħħad mill-fondi Ewropew. Malta kienet ibbenefikat ukoll mill-fondi ta’ qabel is-sħubija.


Id-deputat Nazzjonalista sostniet li huma ħafna l-proġetti li huma finanzjati mill-UE u spjegat kif tant żgħażagħ ibbenefikaw minn proġetti u esperjenzi fl-UE. Hi kompliet li l-proġett kollha msemmija fil-budget se jsiru b’fondi tal-UE. Fosthom hemm l-estenzjoni tal-Port Ħieles.


Bernice Bonello qalet li l-fondi għandu jkollhom l-effett massimu fuq il-ħajja tar-residenti. Jeħtieġ li l-gvern iġib iktar fondi għar-riċerka li għandha titpoġġa bħala prijorità anki mill-Università ta’ Malta.

Jeħtieġ li ż-żgħażagħ ikomplu jibbenefikaw mill-fondi tal-UE u li ma jintilfux fondi; dan filwaqt li jkun hemm it-trasparenza. Il-fondi għandhom jintefqu f’mod ugwali bejn Malta u Għawdex.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-fondi tal-UE m’għandhomx jintużaw flok il-fondi nazzjonali u appellat biex il-gvern ma jiddependix biss mill-fondi Ewropej.