Lokali Parlament

Il-gvern irid jiddeċiedi jekk hux se jgħin lin-nies jew jekk ikunx hemm iktar żidiet fil-prezzijiet tal-kirjiet


Carm Mifsud Bonnici, PN


Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li Il-gvern irid jiddeċiedi jekk hux se jgħin lin-nies jew jekk hux se jkun hemm iktar żidiet fil-prezzijiet tal-kirjiet.


Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar l-għajnuna li tingħata lil dawk li ma jkunx jistgħu jixtru propjetà u qal li waħda mill-miri tal-pajjiż kienet li iktar nies isiru sidien ta’ djarhom. Hu staqsa jekk dan il-proċess waqafx jew marx ‘il quddiem.


Id-deputat Nazzjonalista qal li ma sarux miżuri biex il-kirjiet jinżammu ‘l isfel; propju wara li fl-aħħar snin il-kirjiet żdiedu bil-kbir. Hawn numru ta’ nies li tilfu l-propjetà tagħhom minħabba d-dejn marbut mad-droga u spiċċaw tilfu d-djar. Hawn ukoll anzjani li kellhom il-kirjiet tad-dar tagħhom iżda issa hemm il-biża’ li jispiċċaw barra.


Id-deputat Nazzjonalista qal li jrid ikun hemm pjan dwar kif u meta għandu jintervjeni l-gvern jekk il-prezz tal-kirjiet hux se jitħallew jgħolew f’livelli li l-familji ma jistgħux ilaħħqu magħhom.