Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq: Imħassbin dwar satellita oħra għall-missjonijiet ta’ spjunaġġ

L-istampa fil-Ġappun indikat li l-Korea ta’ Fuq komunista qed taħseb biex ittella’ ‘tielet’ satellita fl-ispazju għal skopijiet ta’ spjunaġġ .

Il-Korea ta’ Fuq infurmat lill-Ġappun li kellha żmien sa disat ijiem għal din il-missjoni u li suppost kellu jħalli kollox miftuħ sal-aħħar ta’ Novembru.

Intant, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel ħeġġew lill-Korea komuinsta biex ma ttellax din is-satellita b’abbuż għar-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

Fil-fatt, il-Korea ta’ Fuq, din is-sena, falliet darbtejn f’attentati biex ittella satellita għall-ispjunaġġ fl-ispazju.

Il-Ġappun qal li n-notifika minn Pyongyang indikat tliet zoni marittimi fejn kapaċi jinżel id-debris mir-rokit li suppost li għandu jġorr din is-satellita – b’waħda miz-zoni tinsab qrib il-gżira Filippijna ta’ Luzon.

Fl-istess ħin, il-Korea t’isfel kienet qed taħseb biex tieħu ‘il-miżuri adatti’ waqt is-sitwazzjoni  li fissritha bħala ‘inkwetanti’.