Lokali Parlament

Il-PN bi proposti għall-bidla fil-mudell ekonomiku


Ivan J.Bartolo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo sostna fil-parlament li l-PN għandu proposti konkreti dwar kif il-mudell ekonomiku tal-gvern ibbażat fuq il-kwanitità għandu jinbidel f’mudell ekonomiku bbażat fuq il-kwalità’; mudell ta’ eċċellenza.


Hu tkellem dar i-ssitwazzjoni finanzjarja, qal li l-pajjiż se jissellef €1.1 biljun u sostna se jitħallsu €600,000 kuljum f’interessi. Il-gvern qed inaqqas l-ispiża kapitali waqt li d-dejn ikompli jikber.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pajjiż qed jibqa’ jinjora l-problema tat-traffiku u qal li l-pajjiż qed jaħli 6,250 ġimgħa ta’ produttività; dan minħbba l-problemi amjentali u ta’ frustazzjoni fil-pajjiż. Il-poplu jrid soluzzjoni dwar is-saħħa, edukazzjoni u traffiku, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li minkejja l-għajnuniet li ta l-gvern, il-problemi l-kbar għadhom hemm.


Hu semma’ s-suċċess tal-konferenza Sigma u qal li l-pajjiż waqaf minħabba nuqqas ta’ ippjanar fit-traffiku. Il-problema tat-traffiku ma tissolviex bili jitwessgħu t-toroq.


Id-deputat Nazzjonalista qal li żewġ miljun turist fis-sena huma tajbin iżda dan qed iġib problemi kbar fuq l-infrastruttura. Malta tiflaħ għal dawn in-nies kollha?


Ivan J.Bartolo qal li l-PN qed jitkellem fuq mudell ekonomiku ta’ eċċellenza li jinkludu tmiem pilastri. Hu semma’ l-kontinwità fil-kummerċ fil-kuntest tal-popolazzjoni, li m’għandhiex tibqa’ tikber kif kibret fl-aħħar 10 snin.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ bidla fil-mudell ekonomiku, kif qed jgħidu l-imsieħba soċjali kollha. Dan ma jfissirx li kulħadd għandu jtikeċ minn Malta iżda l-barrani li jaħdem fil-pajjiuż ikollu l-permess tax-xogħol f’idu u mhux għand min iħaddem.


Ivan J.Bartolo qal li hemm problemi fis-settur tal-caring għaliex l-anzjani ma jifhmux lill-cares tagħhom. Hu kompla li l-Prim Ministru issa qed jgħid time-up lil min iġib il-ħaddiema minn barra; iżda fil-verità s-sitwazzjoni hi about time.


Id-deputat Nazzjonalista staqsa x’se tfisser din is-sitwazzjoni għal min jikri u għal min jgħix 20 fl-istess appartament. Il-gvern għandu jgħid kif se jikkoreġi l-iżball li għamel biż-żieda enormi fil-popolazzjoni
Proposta oħra tal-PN hi Brand Malta għaliex Malta għandha bżonn tinvesti fi proġett li tiffażżja l-isfidi ta’ integrità. Il-pajjiż m’għadux pajjiż li jilqa’ l-investiment kif kien qabel.


Jeħtieġ li l-pajjiż jibda’ minn issa b’dan il-proċess. Il-PN jemmen ħafna l-istart ups u wasal il-mument li dawn ikunu definiti. Dawn m’għandhomx bżonn biss flus għalkemm l-ammont li qed jinvesti l-gvern f’dan is-settur mhux biżżejjed.


Hu appella biex jinħolqu skemi ta’ inċentivi għal min irid jinvesti fil-pajjiż għaliex hemm ħafna min irid jinvesti f’Malta. L-Iskills Bank hu ferm importanti f’dan il-kuntest.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għandu jkun faċilitatur ma’ partijiet involuti u sostna li l-budget kien biss eżerċizzju soċjali iżda ma kkunsidrax il-poposti li ressqu l-imsieħba soċjali.


Hemm bżonn li Malta tagħmel eżerċizzju ta’ riklamar għaliex il-pajjiż għandu l-problemi f’dan ir-rigward. Hu staqsa kemm qed jiġu investituri ġodda? X’ġara fl-FDI u fil-gaming?