Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjoni mill-gvern quddiem il-problemi li qed jiffaċċja l-Port Ħieles


Ivan Castillo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella fil-parlament biex il-gvern jieħu azzjoni quddiem il-problemi li qed jiffaċċja l-Port Ħieles bid-direttiva riżenti tal-UE dwar tariffa fuq il-containers li jidħlu fih.


Hu semma’ d-direttiva tal-EPS li se tolqot il-Port Ħieles u qal li din hi kwistjoni nazzjonali li se jkollha impatt diżastruż fuq il-pajjiż.


Din hi taxxa ġdida tal-UE fuq il-vapuri li jidħlu fil-portijiet Matin. Il-portijiet tal-Ewropa qed jiġu żvantaġġjati b’din id-direttiva. Hu staqsa se jagħmel il-gvern jekk din id-direttiva tgħaddi għaliex din se tibda f’Jannar li ġej.


Id-deputat Nazzjonalista qal li diġà hemm bildiet fit-tariffi fil-lokal. Il-gvern għandu jispeċifika l-pjan quddiem din il-kwistjoni għaliex fil-budget il-gvern ma qal xejn.


B’din id-direttiva, il-Port Ħieles se jitlef €138.3 miljun fis-sena u madwar 11-il linja diretta barranija lejn Malta. Din id-direttiva tfisser li se jkun hemm kompetizzjoni ma’ portijiet fl-Afrika; liema portijiet huma mgħejjuna mill-gvern tal-pajjiżi rispettivi u għandhom inqas spejjeż.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Port Ħieles daħħal tliet miljun container li minnhom 130,000 container lokali. Għalhekk l-effett fuq il-Port Ħieles se jkun estiż ukoll fuq l-industrija lokali.


Din id-direttiva tista’ tfisser li l-manifattura milquta minn din is-sitwazzjoni se titlef il-vantaġġi u l-pajjiż se jitlef il-kompetittività tiegħu. B’kollox, Malta se titlef konnessjoni ma’ 165 port fid-dinja.


Ivan Castillo kompla li l-Grimaldi diġà qed tgħid li se jżid it-tariffi fuq kull container u ddikjara li se jkun hemm żieda ta’ €10.8 miljun li se jkollhom jitħallsu mill-konsumatur. Il-gvern kellu jindirizza din l-ispiża żejda għaliex din id-direttiva ilha tkun diskussa sentejn.


Hu tkellem dwar il-ħaddiema tal-Port Ħieles u qal li jekk il-Port Ħieles jitlef ix-xogħol se jkun hemm inqas bżonn ta’ ħaddiema. Il-gvern għandu jispjega x’se jkun qed jagħmel quddiem din is-sitwazzjoni. Problema oħra hi l-investiment kapitali.


Hu tkellem dwar il-Kordin Grain Terminal u qal li l-pompa li kien hemm kienet tiġbed 1,100 tunnellata fis-siegħa waqt li l-pompa l-ġdida tiġbed 600 tunnellata fis-siegħa. Din ġiet tiswa lill-pajjiż €4 miljuni iżda ma tinżilx ‘l isfel daqs il-pompa l-qadima li kienet iktar effettiva biex tevita xogħol manwali.