Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar sostna fil-parlament li l-pajjiż għandu jsaħħaħ il-kunċett tal-kooperattivi.
Robert Cutajar qal li l-gvern qed jitfa’ l-piż fuq il-ġenerazzonijiet futuri u kkwota kif fl-2011, il-President Emeritus George Abela kien sostna li kien pożittiv li Malta ħadet il-miżuri neċessarji fi żmien il-kriżi internazzjonali biex il-qagħad baqa’ fost l-inqas fl-Ewropa u l-pajjiż baqa’ jattira investiment barrani. Hu qal li l-gvern jagħmel żball jibqa’ jħares lejn il-passat u appella biex il-gvern jagħti widen għall-proposti fosthom dawk tal-innovazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex ikun hemm infurzar serju biex fejn hemm abbużi fil-prezzijiet ikunu kontrollati iżda mhux ġust li kulħadd jintefa’ fl-istess keffa. Hu qal li ma jistax jifhem kif mediċini partikolari issa qed jorħsu b’50%; dan ifisser li kien hemm abbuż ta’ 50%!
Robert Cutajar appella biex il-gvern jaċċetta l-proposti tal-PN dwar il-inflazzjoni.
Hu kompla li l-Oppożizzjoni mhix tkun konsultata dwar il-kooperattivi minkejja li għandha l-proposti u anki organizzat konferenza nazzjonali.
Robert Cutajar kompla li f’Jannar 2024 il-gvern se jibgħat l-ewwel abboz ta’ liġi dwar il-kooperattivi li fiha l-Oppożizzjoni trid tikkontribwixxi. Il-gvern għandu jsegwi dan is-settur u mhux jddeċiedi, propju għaliex għandu jkun hemm awtonomija sħiħa fit-tmexxija tal-kooperattivi.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-fondi Ewropej u appella biex il-kooperattivi jkollhom aċċess għall-fondi Ewropej. Il-gvern għndu jikkunsidra mudell ta’ kif jimxu l-kooperattivi barra mill-pajjiż. Hu appella biex iż-żewġ kooperattivi jersqu lejn xulxin madwar mejda ta’ diskussjoni.