Colin Schembri
Mellieħa Libertas Spalding…..120
Valletta Fighters…………………….92
(24-28)(31-17)(32-19)(37-27)
F’partita li offriet aktar minn mitejn punt, Mellieħa għelbu lil Valletta 120-92 biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat. Mellieħa però kellhom sas-seba’ minuta tat-tieni taqsima biex jieħdu l-vantaġġ li ma reġgħux tilfu minn hemm il-quddiem. Il-partita fetħet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin bit-team ta’ Valletta jkollhu l-punti ta’ Keith Charleston u Matthew Farrugia b’Tederick Wolfe u Vukassin Jandric iwieġbu għal Mellieħa. Valletta kellhom it-trippli minn De Sean Mattox u Neil Cassar iżda Mellieħa wkoll irrispondew permezz ta’ Wolfe u David Bugeja flimkien ma’ trippla ta’ Kwame Thompson għal skor ta’ 28-24. Fit-tieni taqsima, Valletta baqgħu fuq quddiem hekk kif bil-punti ta’ Charleston u Mattox fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 36-29. Mellieħa bdew javviċinaw u naqqsu d-distakk għal punt qabel ma kellhom run ta’ 16-5 b’żewġ trippli ta’ Jandric u oħra ta’ Corrado Mercurio biex sabu ruħhom b’vantaġġ ta’ 10 punti 55-45.
Wara l-intervall, Mellieħa fetħu b’sitt punti oħra qabel ma waslu l-ewwel punti minn Valletta b’baskets minn Charleston u Andy Attard. Mellieħa komplew jagħfsu bi three pointers speċjalment minn Jandric flimkien ma’ Thompson u Isaac Bonett. Minkejja żewġ time-outs ta’ Harry Savaya, Mellieħa kabbru l-vantaġġ fi tmiem it-tielet taqsima 87-65. Fl-aħħar perjodu l-andament tal-partita baqa’ l-istess speċjalment wara run ta’ 13-2 minn Mellieħa li rathom jagħqqdu l-mitt punt bi trippla ta’ Nelly Lee Pace li aktar tard kellhu tnejn oħra. Lejn tmiem il-partita, kien Mattox li kiseb il-punti ta’ Valletta li servew biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli hekk kif Mellieħa ħarġu rebbieħa 120-92.
Mellieħa Libertas: T. Wolfe 30, D. Bugeja 7, R. Bonnici 5, V. Jandric 30, I. Bonett 3, R. Carabott 1, K. Thompson 24, E. Valdespina 6, C. Mercurio 5, N. Pace 9.
Valletta Fighters: K. Charleston 32, C. Briffa, S. Saakian 2, R. Curmi, D. Mattox 27, A. Attard 2, M. Farrugia 10, F. Lisondra 5, U. Satayanorayon 6, N. Cassar 8.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nestor Rincon, Nicky Azzopardi.
Luxol………..79
Athleta……..92
(19-22(29-20)(14-24)(17-26)
Athleta wkoll ħadu t-tieni rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Luxol 92-79 fl-ewwel partita ta’ Nathan Xuereb kontra l-ex team tiegħu. Athleta kienu mingħajr Ivan Medved u Francesco Mifsud Bonnici kien sospiż. Kienu Athleta li kellhom l-aħjar bidu fejn bdew bi three pointers ta’ Matthew Gouder u Piotr Stelmach u marru 10-2 minn fuq. Wara time-out minn Duncan Fenech, Luxol tejjbu l-logħba tagħhom u għamlu run ta’ 11-0 bi trippli ta’ Jean Paul Schembru Tariq Woody biex marru 14-10 minn fuq. Punti minn Malik Riddle u Dejuan Moorer reġgħu taw il-vantaġġ lill-Athleta li żammew sa’ tmiem l-ewwel taqsima 22-19. Fit-tieni sessjoni, Luxol kellhom mument tajjeb bi break ta’ 16-3 bi trippli minn Xuereb u Woody flimkien ma’ Gael Hulson biex marru 35-25 minn fuq. Luxol fetħu vantaġġ massimu ta’ 15 -il punt wara żewġ trippli oħra minn Hulson u Nikola Jovanovic. Athleta rnexxielhom jirkupraw bi break ta’ 9-0 bil-punti ta’ Riddle, Mattox u Luca Stefanovic biex fl-intervall Luxol kienu sitta minn fuq 48-42.
Wara l-mistrieħ, Athleta ħasdu lill-avversarji bi break ta’ 16-3 bi trippla ta’ Stelmach u punti kontinwi ta’ Riddle u Mattox biex marru 8 minn fuq 63-55. Luxol ma ċedewx u għamlu seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Hulson qabel ma three pointer ta’ Stefanovic għalqet is-sessjoni favur Athleta 66-62. Luxol fetħu l-aħħar taqsima b’basket ta’ Stefan Cappello però sofrew run oħra ta’ 9-2 minn Athleta. Żewġ trippli konsekuttivi minn Xuereb u Jovanovic wasslu lil Luxol sa’ erba’ punti ‘l bogħod 76-80. Athleta wieġbu b’run finali ta’ 12-3 b’ħafna mill-punti jaslu minn Riddle biex ħarġu rebbieħa 92-79.
Luxol: S. Pace, I. Azzopardi, N. Jovanovic 6, A. Azzopardi, JP Schembri 5, N. Xuereb 20, G. Hulsen 19, S. Opojevlic, T. Woody 25, M. Matijevic 2, S. Cappello 2.
Athleta: M. Riddle 42, N. Buhagiar, L. Stefanovic 6, D. Moorer 17, M. Gouder 12, I. Xuereb, R. Abela, P. Stelmach 15, T. Chatzimoysis, J. Cefai.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Julie Londono, Artun Bayraktar.
SIGMA Depiro……..82
Starlites JSD…………88
(27-26)(24-19)(11-18)(20-25)
Ic-champions Starlites JSD ħadu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Sigma Depiro 88-82 li kienu qiegħdin jagħmlu l-ewwel dehra tagħhom fil-kampjonat. Starlites ippreżentaw lill-Amerikan il-ġdid tagħhom Kurt James li ħa post Malik Lorquet u kienu mingħajr Kurt Xuereb. Għal Depiro irritorna Bogdan Mrkojevic però Josh Tomasi kien rilaxxat mill-kuntratt u issa qiegħed jilgħab fi Spanja ma’ CB Prat Juventud. Wara li Depiro fetħu vantaġġ żgħir ta’ 5 punti 9-4 bil-baskets ta’ Kameron Rooks u Nikola Bozovic, Starlites wieġbu b’żewġ trippli minn Davonte Craven u Matthew Attard. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin bid-Depiro jżommu vantaġġ minimu fuq l-avversarji. Wara li Depiro għamlu 5 punti mingħajr risposta, Starlites kellhom it-trippli minn Ian u Alec Felice Pace biex Depiro temmew l-ewwel sessjoni 27-26 minn fuq. Fit-tieni taqsima kien hemm trippla ta’ Christian Hinckson għal Starlites li għamlu l-iskor indaqs 33-33. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ għalkemm kienu milħuqa mill-ġdid bi trippla ta’ James 38-38. Depiro komplew bi break ta’ 13-4 hekk kif Rooks kompla jiġbor diversi rebounds u wara trippla ta’ Miguel Fabri, Depiro daħlu jistrieħu 51-45 minn fuq.
Wara l-intervall, Starlites bdew b’run ta’ 8-2 biex ippareġjaw il-partita u wara li sofrew basket minn Andrew Aquilina, huma għamlu 8 punti oħra bi trippli ta’ Fabri u Hinckson għal skor ta’ 61-55. Depiro ġew lura u ppareġjaw b’sitt punti mingħajr risposta biex it-taqsima ntemmet bi Starlites punt minn fuq 63-62. Il-partita baqgħet missielta fl-aħħar sessjoni fejn kienu Starlites li kellhom l-aħjar bidu permezz ta’ James u trippla ta’ A. Felice Pace. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet bi 8 punti mingħajr risposta però hekk kif marru fuq quddiem 74-73, reġgħu kienu l-aħwa Felice Pace b’żewġ trippli li wieġbu għal Starlites. Għal darbtejn, Depiro waslu sa’ punt ‘l bogħod iżda kienu Starlites li għamlu l-aħħar punti tal-partita minn Hinckson u James biex rebħu l-partita 88-82.
SIGMA Depiro: L. Trapani, N. Bozovic 16, B. Mrkojevic 5, A. Aquilina 5, N. Grech, K. Caruana, K. Rooks 30, M. Brincat, M. Mallia, C. Cornelius 20, N. Bukva 6, M. Debattista 2.
Starlites FIJO: A. Felice Pace 22, C. Hinkson 10, M. Attard 6, S. Aquilina, I. Felice Pace 9, M. Fabri 6, K. Fabri, D. Craven 11, L. Farrugia 4, N. Sultana, K. James 20
Referees: Artur Bayraktar, Bernard Vassallo, Julie Londono.
//= $special ?>