“Il-PBS ġabuh notice board ta’ propoganda tal-Partit Laburista.”
Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino wara li lbieraħ il-PBS ma xandarx l-aħbar dwar l-Abbozz ta’ Liġi li tressaq mill-PN flimkien mal-Għaqda Studenti tal-Liġi. B’Michael Piccinino jgħid li “għas-Super One 2 ilbieraħ kien kruċjali li jġibu tliet konferenzi tal-aħbarijiet, li fihom dehru Ministri differenti, iżda mbagħad ma kellhomx id-diċenza jġibu konferenza tal-aħbarijiet mill-Oppożizzjoni u l-Għaqda Studenti tal-Liġi, li fiha ħabbru li qed iressqu Liġi fil-Parlament.”
“Għal dak li suppost hu l-istazzjon pubbliku, jekk xi ħaġa ssir minn esponenti tal-Gvern issir l-ewwel item, iżda jekk xi ħaġa ssir minn xi ħadd ieħor, lanqas biss juruha. Inkella, meta jkollhom juruha bil-fors, iġibuha lejn l-aħħar tal-bulettin.”
Michael Piccinino insista li bħala Partit Nazzjonalista se jkompli jieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jassigura stazzjon pubbliku ta’ vera, li ma jħares lejn wiċċ ħadd.
//= $special ?>