Tliet żgħażagħ Franċiżi ammettew li nhar il-Ħadd filgħaxija bejn id-9pm u nofs il-lejl fi Triq Kunzar fl-Imsida, għamlu ħsara lil vettura, f’żewġ barrier poles u f’fire extinguisher. Huma ammettew ukoll li kien fis-sakra u ma setgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom.
L-avukat difensur, Joe Giglio qal lill-Qorti li ż-żgħażagħ ħallsu €280 biex jagħmlu tajjeb għall-ħsarat li wettqu. Iż-żgħażagħ huma Revillon Maxine Guy Patrick ta’ 20 sena, Richer Bastien Maxine ta’ 23 sena u Axel Etienne ta’ 19-il sena.
L-ispettur Michael Vella kkonferma. Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, sabithom ħatja fuq ammissjoni u lliberathom bil-kundizzjoni li ma jgħamlux reat ieħor fi żmien sena.