Żagħżugħa ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar, tressqet il-Qorti akkużata li fis-27 ta’ Ottubru li għadda serqet basket tad-Diesel li kien fih mal-€890 fi flus kontanti u arloġġ tad-ditta Rolex. Lighea Spiteri wieġbet li mhux ħatja tal-akkużi kontriha.
L-avukati tagħha Lenox Vella u Charlton Falzon Cascun, talbu l-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għaliex fadal xhieda x’jixhdu u hemm il-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi. Id-difiża argumentat li l-allegat vittma xellef difrejh mal-ġustizzja diversi drabi kuntrarju għall-akkużata li għandha kondottanetta.
Id-difiża qalet li l-akkużata għandha ndirizz fiss u m’hemmx il-biża ta’ ntralċ tal-provi u li l-Qorti tista’ timponi miżuri biex isserraħ rasha dwar dan. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, laqgħet it-talba għall-ħelsein mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000 u ordnatilha li tiffirma darba fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar.
Il_Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Shelby Aquilina mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispetturi Jeffrey Rizzo u Gabriel Micallef.