Raġel mill-Alġerija ta’ 37 sena, li f’Malta huwa resdienti l-Gżira, ammetta li uża kuntratt tal-kera falz u li ffalsifika firma. Hu ġie kkundannat għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace u mistenni jmur lura l-Alġerija.
Khaled Mellah ammetta li wettaq dan ir-reat biex jiggwadanja beniffċju għalih meta kien jaf li dan huwa kontra l-liġi. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Michael Vella.