Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Suprintendenza tas-Saħħa Pubblika li wara informazzjoni li rċieva jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li l-prodott Multipack-Gusto classico XXL ta’ ditta Certossa m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-mustarda u s-soja, peress li fih mustarda u soja mhux iddikjarati fuq it-tikketta.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon –2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
//= $special ?>