Lokali

Fond għall-artisti u l-organizzaturi

Imniedi uffiċjalment il-fond ta’ finanzjament bl-isem Rock’N Malta – skema illi għandha l-għan li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-artisti, lill-organizzaturi tal-kunċerti, u lill-producers fix-xena tal-mużika rock, inkluż il-ġeneri differenti tagħha.

Matul is-snin, Rock’N Malta sar suċċess kbir fost l-organizzaturi u l-produtturi lokali, u iffaċilita kunċerti li fihom kien hemm talenti lokali kif ukoll artisti internazzjonali rinomati.

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra, esprima l-entużjażmu tiegħu għal din l-inizjattiva, minħabba li tippermettilhom jesploraw linja mużikali differenti, u tagħti opportunità tad-deheb lill-artisti lokali biex juru x-xogħol eċċezzjonali tagħhom.

Filwaqt li Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Francis Agius, stqarr li l-popolarità tal-mużika rock f’Malta, hija evidenti permezz fl-avvenimenti li jisru – kif rajna din matul is-sena.

L-allokazzjoni għal Rock’N Malta hi ta’ €300,000.