Fil-Kumpless tal-hockey f’Kordin, GREE Żurrieq Hotsticks kisbu rebħa importanti ta’ 3-1 kontra ċ-champions lokali Qormi Daikin fit-tieni ġurnata taċ-Challenge Cup organizzata mill-Hockey Association – Malta.
Juan Sarcia poġġa lil Qormi fil-vantaġġ sabiex fit-tielet quarter kien Shaun Grima li kiseb il-gowl tad-draw għal Zurrieq Hotsticks. Fl-aħħar quarter, żewġ gowls ta’ Jonathan Borg aċċertaw ir-rebħa għal GREE Żurrieq Hotsticks. Umpires: Edward Hughes u Karl Chircop.
Trust Payments Floriana Young Stars kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra White Hart. Karl Chircop skorja tlett gowls filwaqt li Mark Camilleri skorja darbtejn b’ Luke Borg Costanzi u Justin jiskorjaw gowl kull wieħed. Umpires kienu Alessandro Amore u Keith Calleja.
//= $special ?>