Skont il-Ministru tal-Ekonomija, kumpaniji bħall-Binance kellhom joħolqu investiment u xogħol f’pajjiżna. Fil-fatt, fl-2018 Changpeng Zhao kien ippreżentat minn Silvio Schembri bħala wieħed mill-uċuħ ewlenin tal-blockchain island Maltija – u llum, 5 snin wara, Zhao, spiċċa ammetta għal akkużi ta’ frodi quddiem id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikana u kellu jċedi postu minn Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Binance.
Lura fl-2018, il-kumpanija Binance Holdings Ltd. ġiet ippreżentata mill-Gvern tal-Labour bil-pompi kollha quddiem il-poplu Malti u Għawdxi, kumpanija li kienet se tinvesti sostanzjalment fl-ekonomija Maltija – iżda minflok din ġiet investigata mill-Amerikani u mkassba miċ-Ċiniżi.
Filwaqt li Zhao irid joħroġ minn butu madwar $50 miljun – il-prosekuturi qed jiddeskrivu din is-sentenza bħala waħda storika, u daqqa oħra għall-industrija tal-crypto.
Grazzi għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-investigaturi Amerikani ħareġ fid-deher li l-kumpanija ta’ Zhao naqset milli tirrapporta aktar minn 100,000 tranżazzjoni li għamlet ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi fosthom l-Al Qaeda, il-Hamas u l-ISIS.
Dan filwaqt li saru wkoll xi tranżazzjonijiet ma’ siti online ddedikati u mifnija b’abbuż sesswali fuq tfal.
Issa, il-kumpanija Binance spiċċa f’pożizzjoni fejn ġiet obbligata toħroġ erba’ punt tlieta biljun dollaru Amerikan.
F’pajjiżna, ripetutament tqajmu dubji dwar il-permanenza ta’ din il-kumpanija – madanakollu kien l-istess Ministru Silvio Schembri illi waqt li kienu qed iwegħdu lill-poplu l-aħjar żmien – kienu qed jippoppaw spalla ma’ spalla ma kumpaniji tar-reputazzjoni ta’ Binance.
//= $special ?>