Il-Papa Franġisku esprima n-niket tiegħu għall-vittmi tal-gwerra li għaddejja bħalissa f’Gaza waqt li qal li l-vjolenza ta’ ġimgħat fil-Lvant Nofsani mgħandhiex titqies bħala konflitt armat iżda terroriżmu.
Il-Kap tal-Kattoliċi qal dan fi żmien ta’ laqgħat separati (fil-Vatikan) mal-familji tal-ostaġġi Iżraeljani li kienu nħatfu mill-Ħamas — kif ukoll mal-Palestinajni li għandhom qrabathom fil-Medda ta’ Gaza.
Il-Papa sostna li l-konflitt bejn Iżrael u l-Ħamas issa qabeż kull limitu ta’ gwerra sal-punt fejn inbidel f’teatru ta’ terrur fejn qed isofri kulħadd — Palestinjani u daqstant ieħor Iżraeljani.
U, waqt id-diskors tiegħu matul l-udjenza ta’ kull ġimgħa fi Pjazza San Pietru, il-Papa ħareġ b’appell imqanqal biex il-protagonisti fil-konflitt jimpenjaw ruħhom għall-paċi ħalli ma jbatux aktar nies u familji innoċenti.
//= $special ?>