Lokali Parlament

In-nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura hu riżultat ta’ gvern bla viżjoni


Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li n-nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura hu riżultat ta’ gvern bla viżjoni.


Ryan Callus qal li l-ewwel prijoritajiet għall-investituri huma l-ħolqien ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda li mhux ibbażati fuq il-massa, investiment fl-infrastruttura, fit-trasport, fl-ippjanar u fl-edukazzjoni.


Hu sostna li 88% tal-investituri barranin f’Malta isostnu li l-infrastruttura mhix preparata għat-tkabbir ekonomimu. Minnhom 50% jemmnu li l-infrastruttura mhjiex tajba biżżejjed u huma 6% biss tal-investituri barranin f’Malta li jemmnu li l-infrastruttura tal-pajjiż hi adegwata.


Id-deputat Nazzjpnalista kompla li dawn iċ-ċifri jikkundannaw lill-gvern u jistabilixxi li l-infrastruttura hi l-ikbar impediment għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Minflok ħa passi, il-gvern naqqas il-budget fl-infrastruttura b’10%.


Ryan Callus qal li l-gvern irid jikkunsidra wkoll l-investituri Maltin u sostna li s-settur privat għandu jkompli jissaħħaħ. Hu kompla li t-toroq li qed isiru qed jerġgħu jinqalgħu u bħala eżempju semma’ l-Benniena fis-Siġġiewi fejn il-problema tad-drenaġġ ma ssolvietx. Problemi oħra huma ta’ drenaġġ huma fi Triq Santa Margerita fl-istess lokal.


Jihder li l-gvern mhux se jagħmel proġetti oħra minbarra l-proġett ewlieni tal-Imsida, sostna Ryan Callus, li appella biex tinstab soluzzjoni għal junction ewlenija f’Ħal Qormi. Hu qal li Triq l-Imdina fis-Siġġiewi ilha sena biex titlesta b’inkonvinjent kbir għar-residenti. M’hemmx koordinazzjoni fl-istrutturi ta’ Infrastructure Malta.


Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-problemi li jiffaċċjaw problemi bla dawl u appella biex jiddaħħlu miżuri ta’ sigurtà fit-toroq Maltin partikolarment għall-persuni b’diżabbiltà.


Hu appella biex il-bankini jsiru wesgħin biżżejjed għall-persuni b’diżabbiltà u biex il-gvern jinvesti bis-saħħa fi trasport tal-massa biex b’hemm il-bankini jsiru iktar wesgħin. Fit-tarf tal-bankini għandhom isiru wkoll rampi.


Ryan Callus qal li ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà tal-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan fejn ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà politika. Hu sostna li issa li għaddew diversi xhur minn dan l-iskandlu xi ħadd irid jerfa’ r-responsabbiltà u appella lill-Ministru Farrugia biex jispjega kif issa pesuni qed jistennew erba’ xhur biex ikunu msejħa għat-test tas-sewqan. Dan minħabba li wara l-iskandlu, issa ġġammja kollox.


Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwr it-trasport tal-massa u qal waħda mill-problemi hi l-pajjiż m’għandux dedicates lanes. Hu semma’ l-konferenza tas-SIGMA li ħolqot problemi ta’ traffiku u qal li s-soluzzjoni tal-Ministru Farrugia kienet biex id-delegati jmorru iktar tard.


Is-soluzzjoni hi t-trasport tal-massa, sostna Ryan Callus, li kompla li jekk il-pajjiż mhux se jmur għat-trasport tal-massa, l-pajjiż se jkollu effetti negattivi kbar.