Internazzjonali

Ir-Reġina Camilla tfaħħar lil Daphne Caruana Galizia tal-kuraġġ li kellha biex twassal il-verità

“Traġikament kellhom iħallsu b’ħajjithom”

Matul id-diskors lill-Assoċjazjoni tal-Istampa barranija f’Londra bħala parti mill-135 ‘il sena anniversarju mit-twaqqif tal-assoċċjazjoni ir-Reġina Camilla tat ġieħ lil ġurnalista Daphne Caruana Galizia hekk kif faħħret il-kuraġġ tal-ġurnalisti nisa li spiċċaw maqtula propju għaliex qed jaqdu dmirhom.

Ir- Reġina tkellmet partikolarment dwar l-importanza tal-ġurnalisti nisa fiż-żoni tal-gwerra fuq l-importanza ta’ ġurnalisti femminili.

Kien propju f’dan id-diskors fejn ġiet imfakkra u ingħatat ġieħ mir-Reġina l-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia. Intant hija saħħqet li ġurnalisti bħal Caruana Galizia “ħalsu b’ħajjithom” minħabba il-kuraġġ tagħhom biex iwasslu il-verità.